FoodTuristic
Merħba għal FoodTuristic
Aħna konsorzju ta’ ħames istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u vokazzjonali minn madwar l-Ewropa b’passjoni lejn it-tkabbar tal-ikel fil-kampus, it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u ċ-ċirkolarità tal-ikel.
Dwar FoodTuristic
Il-proġett FoodTuristic jindirizza n-nuqqas ta’ teknoloġiji ekoloġiċi fil-kurrikulu tal-iskejjel tal-ospitalità u kulinari Ewropej, li tradizzjonalment iffokaw iktar fuq il-ħiliet li għandhom x’jaqsmu mal-gastronomija u l-immaniġjar tal-ospitalità. Il-proġett huwa ffinanzjat permezz tal-qafas ‘Erasmus Key Action 2’, u jkopri ż-żmien bejn Novembru 2023 sa Novembru 2025.
L-għan tal-proġett huwa li jiġu żviluppati riżorsi diġitali għall-edukaturi u l-istudenti tal-iskejjel tal-lukandi u kulinari fi ħdan erba’ pajjiżi msieħba sabiex titnaqqas il-ħela tal-ikel, jiġu żviluppati ħiliet tal-ekonomija ċirkolari, u tiġi lokalizzata l-produzzjoni tal-ikel.
Se nkunu qed niżviluppaw kors ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET), imwassal bħala badge diġitali, website, applikazzjoni tal-mobile, u gwida ta’ prattika tajba sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas tal-ħiliet ekoloġiċi fl-iskejjel tal-ospitalità u kulinari Ewropej.
Il-proġett għandu l-għan li jnaqqas il-ħela tal-ikel, jutilizza l-ikel skartat f’teknoloġiji innovattivi ta’ sistemi ta’ kompost, kif ukoll jaddotta teknoloġiji ġodda għat-tkabbir ta’ ikel adattat fuq il-post.
Il-ħiliet żviluppati mill-utenti tal-proġett għandhom joffru potenzjal qawwi, kif ukoll benefiċċju fit-tnaqqis tal-impatt tal-karbonju tal-iskejjel u tal-industrija.
Riżultati tal-Proġett 2023-2025
-
Ittestjar u rapurtaġġ rigward teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel
-
Riżorsi diġitali inklużi website u applikazzjoni tal-mobile (l-applikazzjoni disponibbli fl-2025)
-
Attivitajiet ta’ taħriġ għall-edukaturi, studenti, networks, u negozji fil-qasam tal-ospitalità.
-
Gwida ta’ prattika tajba għall-iskejjel tal-ospitalità u kulinari
-
Badge Diġitali ta' Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali
Ikkuntatjana
Iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-fehmiet u l-opinjonijiet espressi huma dawk tal-awtur(i) biss u mhux neċessarjament jirriflettu dawk tal-Unjoni Ewropea jew tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA). La l-Unjoni Ewropea u lanqas l-EACEA ma jistgħu jinżammu responsabbli għalihom.